Qatt ħsibt x’jista’ jgħidlina fardal maħmuġ dwar il-persuna li tilbsu?
Fardal maħmuġ jurina li min jilbsu, jaħdem ħafna. Aħna lkoll imsejħin biex inħammġu l-fradal tagħna u nservu lil Alla u lil xulxin b’imħabba.
- Ħu karta b’forma ta’ fardal u ikteb ismek fuqha bħala sinjal li tixtieq isservi lil Alla.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-fardal tiegħek. Huwa maħmuġ? Qed tużah? Qed sservi lil Alla?
- Agħlaq għajnejk u itlob lil Alla jgħinek tisma’ l-kelma tiegħu u sservih f’dak kollu li taħseb, tgħid u tagħmel.