Fardal maħmug

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nisma' l-kelma ta' Alla

Qatt ħsibt x’jista’ jgħidlina fardal maħmuġ dwar il-persuna li tilbsu? 

Fardal maħmuġ jurina li min jilbsu, jaħdem ħafna. Aħna lkoll imsejħin biex inħammġu l-fradal tagħna u nservu lil Alla u lil xulxin b’imħabba. 

  • Ħu karta b’forma ta’ fardal u ikteb ismek fuqha bħala sinjal li tixtieq isservi lil Alla.
  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar il-fardal tiegħek.  Huwa maħmuġ?  Qed tużah? Qed sservi lil Alla?
  • Agħlaq għajnejk u itlob lil Alla jgħinek tisma’ l-kelma tiegħu u sservih f’dak kollu li taħseb, tgħid u tagħmel. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.