Din hija attività għal tfal bejn l-4 u 7 snin, bl-għajnuna tal-ġenituri jew aħwa akbar.
Naqraw flimkien: Naqraw l-istorja ta’ meta r-rgħajja marru jaraw lil Ġesù, Luqa 2, 8 – 20
Naraw flimkien: Shepherds visit baby Jesus
Nitolbu flimkien: Għażiż Ġesù, meta l-anġli qalu lir-rgħajja li kont twelidt inti, huma ġrew biex jiġu jarawk. Agħtini din l-istess ħeġġa biex nitkellem miegħek fit-talb u niġi niltaqa’ miegħek il-knisja. Ir-rgħajja qalu lill-oħrajn dwarek. Tħallinix nistħi nitkellem mal-oħrajn dwar l-imħabba tiegħek. Ammen.