It-tlitt Maġi mxew wara stilla li uriethom fejn kien Ġesù biex jagħtuh qima u joffrulu tlitt rigali li kienu jixirqu lil sultan. Jekk jaslu f’ħajtek ser jisimgħu ser ikunu infurmati li waslu fid-destinazzjoni tagħhom? Sejrin isibu lil Ġesù f’ħajtek?
- Ħu ftit ħin biex taħseb kif ser turi lit-tlitt slaten u lil kulħadd li Ġesù jinsab f’ħajtek.
- Ħu biċċa playdough u għamel forma ta’ qalb li tirrapreżenta lil qalbek.
- Issa poġġi l-pastur ta’ Ġesù Bambin jew il-karta/stampa ta’ Ġesù Bambin fin-nofs ta’ din il-qalb.
- Itlob lil Alla jgħinek sabiex permezz ta’ dak li int, tgħid u tagħmel, l-oħrajn jiskorpu lil Ġesù.