Wasalt fid-destinazzjoni

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nsibu lil Ġesù

It-tlitt Maġi mxew wara stilla li uriethom fejn kien Ġesù biex jagħtuh qima u joffrulu tlitt rigali li kienu jixirqu lil sultan.  Jekk jaslu f’ħajtek ser jisimgħu ser ikunu infurmati li waslu fid-destinazzjoni tagħhom? Sejrin isibu lil Ġesù f’ħajtek?

  • Ħu ftit ħin biex taħseb kif ser turi lit-tlitt slaten u lil kulħadd li Ġesù jinsab f’ħajtek.
  • Ħu biċċa playdough u għamel forma ta’ qalb li tirrapreżenta lil qalbek.
  •  Issa poġġi l-pastur ta’ Ġesù Bambin jew il-karta/stampa ta’ Ġesù Bambin fin-nofs ta’ din il-qalb.
  • Itlob lil Alla jgħinek sabiex permezz ta’ dak li int, tgħid u tagħmel, l-oħrajn jiskorpu lil Ġesù.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.