Qatt ġralek li tipprova ħafna biex ma tagħmilx dnub u xorta tispiċċa tagħmlu u terġa’ tagħmlu? L-Aħbar it-Tajba hi li Ġesù huwa dejjem magħna fil-ġlieda tagħna kontra l-ħażen u Hu dejjem rebaħ fuq il-ħażen.
- Iksi t-tazzi bil- foil jew b’ karta ta’ lewn il-fidda jew id-deheb u weħħilhom qiegħ ma’ qiegħ.
- Ħu ftit ħin biex taħseb fi dnub wieħed (bħal: gideb, regħba, għira, eċċ) li tispiċċa tagħmel kull darba li l-ispirtu tal-ħażen jikontrolla l-ħsibijiet tiegħek u l-azzjonijiet tiegħek.
- Fuq biċċa karta ikteb il-kliem: ‘Ġesù Jirbaħ fuq il-Ħażen’ u weħħilha fuq it-tazza ta’ isfel, li qegħda bil-maqlub.
- Weħħel 2 pipe-cleaners waħda fuq kull naħa tat-tazza ta’ fuq biex dan it-trofew jkollu minn fejn iżommu.
- Itlob lil Alla biex isaħħaħlek il-fidi tiegħek u tibqa’ temmen li Hu Jirbaħ fuq kull ħażen, ankè tiegħek biex int ssir tixbħu dejjem iktar.