Ġesù rebbieħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex insaħħaħ il-fidi

Qatt ġralek li tipprova ħafna biex ma tagħmilx dnub u xorta tispiċċa tagħmlu u terġa’ tagħmlu?  L-Aħbar it-Tajba hi li Ġesù huwa dejjem magħna fil-ġlieda tagħna kontra l-ħażen u Hu dejjem rebaħ fuq il-ħażen.

  • Iksi t-tazzi bil- foil jew b’ karta ta’ lewn il-fidda jew id-deheb u weħħilhom qiegħ ma’ qiegħ.
  • Ħu ftit ħin biex taħseb fi dnub wieħed (bħal:  gideb, regħba, għira, eċċ) li tispiċċa tagħmel kull darba li l-ispirtu tal-ħażen jikontrolla l-ħsibijiet tiegħek u l-azzjonijiet tiegħek.
  • Fuq biċċa karta ikteb il-kliem: ‘Ġesù Jirbaħ fuq il-Ħażen’ u weħħilha fuq it-tazza ta’ isfel, li qegħda bil-maqlub.
  • Weħħel 2 pipe-cleaners waħda fuq kull naħa tat-tazza ta’ fuq biex dan it-trofew jkollu minn fejn iżommu.
  • Itlob lil Alla biex isaħħaħlek il-fidi tiegħek u tibqa’ temmen li Hu Jirbaħ fuq kull ħażen, ankè tiegħek biex int ssir tixbħu dejjem iktar.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.