Naqraw

Ġwanni 10, 9 

9Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.

Nitolbu

Għażiż Alla, rattab lil qalbi, biex dejjem inkun lesta li niftaħ lil Ġesù meta jiġi jħabbat, speċjalment meta nħossni waħdi u qed nibża. Grazzi li jiġri x’jiġri inti dejjem tħobbni. Ammen. 

Ngħixu

X’jagħmel il-bieb? 

Biex nidħlu d-dar, nidħlu mill-bieb. Il-bieb jipproteġina; inkunu protetti mir-riħ, mix-xita u mix-xemx. Ġewwa nkunu wkoll protetti minn dawk li jridulna d-deni. Ġesù jgħidilna li hu l-bieb, irid li hu jipproteġina. 

Illum insumu milli niftħu l-bieb għat-tentazzjoni, insumu minn għażliet ħżiena. Qabel ma ngħidu jew nagħmlu xi ħaġa, nieqfu u naħsbu, biex naraw tkunx għażla tajba. Meta nagħmlu għażliet tajba, inkunu qegħdin nagħżlu li nidħlu mill-bieb li qiegħed jiftħilna Ġesù. 

Attività