Qatt sibt lilek innifsek tiddubita minn xi ħaġa jew xi ħadd? Kemm hu sabiħ li ssib lil xi ħadd miegħek u jagħtik serħan il-moħħ meta jkollok ħafna dubji u mistoqsijiet. Ġesù ma rrabjax ma Tumas għax ma emminx, tah ċans ieħor. Huwa jridna nitkellmu miegħu waqt it-talb dwar id-dubji tagħna.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar meta kellek dubji dwar l-imħabba ta’ Ġesù.
- Itwi l-karta A4 minn nofs u poġġi idejk fuqha. Ara li tpoġġi s-saba l-kbir u l-werrej mat-tarf li huwa mitwi u agħmel sinjal madwar il-pala ta’ idejk bil-lapes.
- Qasqas il-forma ta’ idejk waqt li żżomm il-karta mitwija min-nofs u iftaħ il-karta. Fuq kull pala pinġi qalb li tfakkarna fil-feriti ta’ Ġesù.
- Issa tista’ tikteb talba lil Ġesù biex jgħinnek temmen li hu miegħek ankè meta tħossu ħafna ‘l bogħod minnek.