Qalbu f’idu

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex qatt ma niddubita lil Ġesù

Qatt sibt lilek innifsek tiddubita minn xi ħaġa jew xi ħadd?  Kemm hu sabiħ li ssib lil xi ħadd miegħek u jagħtik serħan il-moħħ meta jkollok ħafna dubji u mistoqsijiet.  Ġesù ma rrabjax ma Tumas għax ma emminx, tah ċans ieħor.  Huwa jridna nitkellmu miegħu waqt it-talb dwar id-dubji tagħna.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar meta kellek dubji dwar l-imħabba ta’ Ġesù.  
  • Itwi l-karta A4 minn nofs u poġġi idejk fuqha.  Ara li tpoġġi s-saba l-kbir u l-werrej mat-tarf li huwa mitwi u agħmel sinjal madwar il-pala ta’ idejk bil-lapes.
  • Qasqas il-forma ta’ idejk waqt li żżomm il-karta mitwija min-nofs u iftaħ il-karta. Fuq kull pala pinġi qalb li tfakkarna fil-feriti ta’ Ġesù. 
  • Issa tista’ tikteb talba lil Ġesù biex jgħinnek temmen li hu miegħek ankè meta tħossu ħafna ‘l bogħod minnek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.