Kemm hu sabiħ li ngħixu fil-paċi fejn inħossuna kuntenti u siguri! Meta ngħixu fil-paċi, qalbna tkun mimlija bl-imħabba u t-tjubija.
Il-paċi ġġib l-għaqda ma’ kulħadd. Kif tkun fil-paċi? Kif nistgħu nsibu l-paċi?
- Ħu fjura u ikteb fuqha biex tkompli waħda jew kollha minn dawn: Inħossni fil-paċi meta… Nixtieq li hemm il-paċi fil-… Il-paċi isseħħ meta…
- Issa ħu stikk tal-injam u waħħal il-fjura magħha bil-kolla.
- Agħmel il-fjura tiegħek fil-qasrija jew ħamrija u għid talba għall-paċi.