Ġnien il-paċi

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal paċi

Kemm hu sabiħ li ngħixu fil-paċi fejn inħossuna kuntenti u siguri! Meta ngħixu fil-paċi, qalbna tkun mimlija bl-imħabba u t-tjubija.

Il-paċi ġġib l-għaqda ma’ kulħadd. Kif tkun fil-paċi? Kif nistgħu nsibu l-paċi?

  • Ħu fjura u ikteb fuqha biex tkompli waħda jew kollha minn dawn: Inħossni fil-paċi meta…   Nixtieq li hemm il-paċi fil-… Il-paċi isseħħ meta…
  • Issa ħu stikk tal-injam u waħħal il-fjura magħha bil-kolla.
  • Agħmel il-fjura tiegħek fil-qasrija jew ħamrija u għid talba għall-paċi.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.