Qatra ħajja

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nimtela bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu

Ħelow tfal!

Diffiċli ħafna tgħix f’ deżert għaliex huwa niexef ħafna u fejn m’hemmx ilma m’hemmx ħajja.  Ġesù qalilna li jekk nimxu warajh qatt ma jkollna għatx u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu nsiru bħal xmajjar ta’ ilma ħaj għal dawk kollha li niltaqgħu magħhom.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb kif tħossok meta tħoss li qed tgħix ġo deżert bil-għatx.
  • Fuq karta b’ forma ta’ qatra ilma pinġi wiċċ li inti bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu  tista’ tati l-ħajja lill-oħrajn u li inti tista’ titkellem ukoll.
  • Fuq biċċa karta żgħira ikteb jew pinġi talba biex titlob lil Alla jimlik bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
  • Għid din it-talba lil Alla f’qalbek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.