Ġie li kellkom xi proġett tal-iskola? Tiftakru kif minn titlu ta’ kelma jew tnejn sibtu informazzjoni u stampi? Bl-informazzjoni u l-istampi imbagħad għaqqadtu l-proġett fuq kartonċina jew scrapbook, għalhekk dan it-titlu kiber iktar u issa għandu tifsira differenti milli biss żewġ kelmiet. L-istess jagħmel Ġesu’ meta jqabbel is-Saltna t’Alla ma’ żerriegħa tal-mustarda.
- Żomm ħames żerriegħat fil-pala ta’ jdejk (iż-żerriegħa tista’ tkun ta’ kull tip ta’ pjanta jew frotta)
- Ħares lejn iż-żerriegħa u aħseb f’ħames karatteristċi sbieħ jew talenti li Alla żejjnek bihom.
- Aqabad il-mudell tal-bejta u waħħal iż-żerriegħa fuqha.
- Taħt kull żerriegħa ikteb talent jew karatteristika sabiħa li għandek.
- Itlob lil Alla jgħinnek biex tuża’ dan it-talent biex tgħin u tferraħ lill-oħrajn.