Jien żerriegħa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nafda f'Alla

Ġie li kellkom xi proġett tal-iskola? Tiftakru kif minn titlu ta’ kelma jew tnejn sibtu informazzjoni u stampi? Bl-informazzjoni u l-istampi imbagħad għaqqadtu l-proġett fuq kartonċina jew scrapbook, għalhekk dan it-titlu kiber iktar u issa għandu tifsira differenti milli biss żewġ kelmiet. L-istess jagħmel Ġesu’ meta jqabbel is-Saltna t’Alla ma’ żerriegħa tal-mustarda. 

  • Żomm ħames żerriegħat fil-pala ta’ jdejk (iż-żerriegħa tista’ tkun ta’ kull tip ta’ pjanta jew frotta)
  • Ħares lejn iż-żerriegħa u aħseb f’ħames karatteristċi sbieħ jew talenti li Alla żejjnek bihom.
  • Aqabad il-mudell tal-bejta u waħħal iż-żerriegħa fuqha.
  • Taħt kull żerriegħa ikteb talent jew karatteristika sabiħa li għandek.
  • Itlob lil Alla jgħinnek biex tuża’ dan it-talent biex tgħin u tferraħ lill-oħrajn.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.