Minn fejn sa fejn?

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex inkompli nikber

Ġieli kont qed tqalleb qalb ir-ritratti u tara ritratt tiegħek meta kont tarbija jew ritratt ta’ meta għamilt il-magħmudija u tara kemm kulħadd kien differenti, kemm inbiddlu n-nies? In-nies huma u jħarsu lejn Ġesù jippriedka, indunaw kemm inbidel u kemm kiber, min kien jafu bħala tifel.

  • Waħħal ritratt ta’ meta kont tarbija mat-tarf ta’ karta minduda u waħħal ritratt riċenti fin-nofs. Mat-tarf l-ieħor għamel forma ta’ question mark kbira, għax ma nafux kif ser nkunu qed nidhru fis-snin li ġejjin. 
  • Bejn ir-ritratt ta’ tarbija u t’ issa ikteb dak kollu li ksibt jew inbidel matul daż-żmien.
  • Bejn ir-ritratt t’issa u l-question mark ikteb dak kollu li tixtieq tikseb minn issa l’ quddiem.
  •  Għid talba lil Alla biex tirringrazzjah ta’ dawk l-affarijiet kollha li nbidlna jew kbirna fihom u itolbu jgħinek tkompli tikber u tilħaq l-mira tiegħek, b’mod speċjali li ssir ħabib/a ikbar ta’ Ġesù.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.