Ġieli kont qed tqalleb qalb ir-ritratti u tara ritratt tiegħek meta kont tarbija jew ritratt ta’ meta għamilt il-magħmudija u tara kemm kulħadd kien differenti, kemm inbiddlu n-nies? In-nies huma u jħarsu lejn Ġesù jippriedka, indunaw kemm inbidel u kemm kiber, min kien jafu bħala tifel.
- Waħħal ritratt ta’ meta kont tarbija mat-tarf ta’ karta minduda u waħħal ritratt riċenti fin-nofs. Mat-tarf l-ieħor għamel forma ta’ question mark kbira, għax ma nafux kif ser nkunu qed nidhru fis-snin li ġejjin.
- Bejn ir-ritratt ta’ tarbija u t’ issa ikteb dak kollu li ksibt jew inbidel matul daż-żmien.
- Bejn ir-ritratt t’issa u l-question mark ikteb dak kollu li tixtieq tikseb minn issa l’ quddiem.
- Għid talba lil Alla biex tirringrazzjah ta’ dawk l-affarijiet kollha li nbidlna jew kbirna fihom u itolbu jgħinek tkompli tikber u tilħaq l-mira tiegħek, b’mod speċjali li ssir ħabib/a ikbar ta’ Ġesù.