Ġieli kont f’xi lezzjoni tax-xjenza u spjegawlek kif issir ix-xita? Jew kont f’xi ġurnata sħuna u tinduna kemm huwa importanti l-ilma meta jaqbadna l-għatx? L-ilma huwa importanti ħafna fil-ħajja, mhux biss għax nixorbuh, imma permezz tiegħu ninħaslu, innaddfu, insaqqu u nkabbru l-ħxejjex. Ix-xjenza tgħinna nifhmu n-natura ta’ madwarna. Ħafna xjentisti jiskopru mediċini ġodda, modi ta’ fejqan ġodda u jgħallmuna iktar x’qed jikkawżaw ħsara lid-dinja u lill-bnedmin.