Xita u xjenza

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-tal-ħolqien u x-xjentisti

Ġieli kont f’xi lezzjoni tax-xjenza u spjegawlek kif issir ix-xita? Jew kont f’xi ġurnata sħuna u tinduna kemm huwa importanti l-ilma meta jaqbadna l-għatx? L-ilma huwa importanti ħafna fil-ħajja, mhux biss għax nixorbuh, imma permezz tiegħu ninħaslu, innaddfu, insaqqu u nkabbru l-ħxejjex. Ix-xjenza tgħinna nifhmu n-natura ta’ madwarna. Ħafna xjentisti jiskopru mediċini ġodda, modi ta’ fejqan ġodda u jgħallmuna iktar x’qed jikkawżaw ħsara lid-dinja u lill-bnedmin.

  • Imla l-vażett tlett kwarti bl-ilma u kompli imla l-vażett bil-krema tal-leħja. 
  • F’tazza separata ħallat il-kulur tal-ikel ma’ ftit ilma. 
  • Aqbad l-pipetta u ibda iġbor l-ilma ikkulurit u itfgħu fuq il-krema tal-leħja. Meta l-krema tal-leħja timtela, tibda tniżżel l-ilma ikkulurit bħax-xita.
  • Itlob talba ta’ tifħir lil Alla – faħħar lil Alla tax-xita, tal-ħolqien u tax-xjentisti.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.