It-tielet Ħadd tal-Avvent huwa magħruf bħala “Ħadd il-Ferħ”. Ix-xemgħa r-roża tgħinna naqtgħu ftit mill-kulur vjola li huwa skur u jfisser penitenza.
Nifirħu għax it-twelid ta’ Ġesù huwa fil-qrib.
- Ixgħel ix-xemgħa r-roża.
- Pinġi bużżieqa jew uża l-mudell tal-bużżieqa u fuqha ikteb l-ismijiet ta’ persuni u postijiet li jagħmluk ferħan/a.
- Ħu żigarella jew pipe cleaner u hekk kif twaħħalha mal-bużżieqa rringrazzja lil Alla għal dawn in-nies u l-postijiet li jagħmluk ferħan/a.
- Dendel il-bużżieqa mal-karta tat-tjar jew ma’ biċċa drapp blu li qed tirrapreżenta s-sema.