Aħbar ta’ ferħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ferħ dan l-Avvent

It-tielet Ħadd tal-Avvent huwa magħruf bħala “Ħadd il-Ferħ”. Ix-xemgħa r-roża tgħinna naqtgħu ftit mill-kulur vjola li huwa skur u jfisser penitenza.

Nifirħu għax it-twelid ta’ Ġesù huwa fil-qrib.

  • Ixgħel ix-xemgħa r-roża.
  • Pinġi bużżieqa jew uża l-mudell tal-bużżieqa  u fuqha ikteb l-ismijiet ta’ persuni u postijiet li jagħmluk ferħan/a.
  • Ħu żigarella jew pipe cleaner u hekk kif twaħħalha mal-bużżieqa rringrazzja lil Alla għal dawn in-nies u l-postijiet li jagħmluk ferħan/a.
  • Dendel il-bużżieqa mal-karta tat-tjar jew ma’ biċċa drapp blu li qed tirrapreżenta s-sema.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.