Ġlieda għall-ħelsien

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-qawwa u l-ġustizzja

Spiss nisimgħu bi gwerrer u vjolenza madwar id-dinja u nindunaw kemm nies ibatu u jgħixu fil-biżgħa. Kif iħossok b’dan? Fit-Tieni Gwerra Dinjija, Anne Frank, tifla Lhudija-Ġermaniża ta’ telttax -il sena, kienet imdejqa bit-tbatija u l-mewt ta’ miljuni ta’ Lhud u nies minn nazzjonijiet oħra, avveniment magħruf bħala ix-Shoah. Anne, ukoll vittma, hija llum simbolu ta’ għaqda bejn nies ta’ għeruq differenti. Il-messaġġ tagħha ta’ tama u l-ġlieda li għamlet għall-ħelsien, tgħix illum permezz tad-djarju tagħha, li jispira reżistenza għal kull diskriminazzjoni, gwerrer, u opressjoni. 

  • Pinġi l-Istilla ta’ David, u madwar l-angoli ta’ dawn iż-żewġ triangoli, ikteb l-ismijiet ta’ nies jew popli li qed ibatu gwerrer, razziżmu, priġonerija Inġusta, u preġudizzju.
  • Poġġi x-xemgħa f’nofs l-istilla u itlob għan-nies kollha fid-dinja li qed ibatu minn nuqqas ta’ libertà, oppressjoni u mill-gwerer.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.