Kikkra te

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-familja

Fis-sena 1994 in-Nazzjonijiet Uniti bdew jiċċelebraw il-jum internazzjonali tal-familji diversi fil-15 ta’ Mejju. Għalhekk tfal matul il-ġurnata tal-lum se naħsbu fil-membri tal-familji tagħna, f’dawk li jgħixu magħna. Ejjew niftakru f’xi esperjenzi sbieħ li kellna flimkien. Per eżempju xi picnic, xi ikla fid-dar jew xi restorant, xi mixja sabiħa, xi vaganza. 

  • Aqta’ mudell ta’ kikkra u plattina għal kull membru tal-familja.
  • Fuq kull kikkra ikteb isem kull membru tal-familja/persuni li tgħix magħhom.
  • Waħħal il-kikkri u t-teapot fuq il-kartonċina, itlob u ikteb: 

“Grazzi Mulej tal-familja tiegħi.”

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.