Platt vojt

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-aktar ġustizzja fid-dinja u inqas ħela

Meta jkollok platt mimli bl-ikel favorit tiegħek tħossok ferħana għax l-ikel jagħtina gost u jagħmilna b’saħħitna. Madankollu, madwar id-dinja u anki f’pajjiżna, hawn nies li m’għandhomx biżżejjed ikel biex jieklu huma u l-familja tagħhom, waqt li hemm oħrajn li jaħlu u jarmu l-ikel. 

  • Aħseb fl-ikel favorit tiegħek u fl-ikel li se tiekol illum.
  • Pinġi jew waħħal stampi tal-ikel favorit tiegħek fuq il-platt u kun grat tal-ikel li għandek.
  • Immaġina li int waħda minn dawk it-tfal li mhux se jkollhom ikel illum. Kif tħossok?
  • Tkellem ma’ Alla biex ikun hawn iktar ġustizzja fid-dinja u inqas ħela.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.