Meta jkollok platt mimli bl-ikel favorit tiegħek tħossok ferħana għax l-ikel jagħtina gost u jagħmilna b’saħħitna. Madankollu, madwar id-dinja u anki f’pajjiżna, hawn nies li m’għandhomx biżżejjed ikel biex jieklu huma u l-familja tagħhom, waqt li hemm oħrajn li jaħlu u jarmu l-ikel.
- Aħseb fl-ikel favorit tiegħek u fl-ikel li se tiekol illum.
- Pinġi jew waħħal stampi tal-ikel favorit tiegħek fuq il-platt u kun grat tal-ikel li għandek.
- Immaġina li int waħda minn dawk it-tfal li mhux se jkollhom ikel illum. Kif tħossok?
- Tkellem ma’ Alla biex ikun hawn iktar ġustizzja fid-dinja u inqas ħela.