Mega Aħbar

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex inxandar l-Aħbar t-Tajba

Aħna lkoll nieħdu gost nirċievu xi aħbar sabiħa u kollha nħossu ferħ kbir ġo fina meta naqsmu xi aħbar sabiħa mal-oħrajn. Hemm aħbar tajba li rridu  naqsmu ma’ kulħadd- Ġesù rebaħ fuq il-mewt u l-ħażen. 

➢ Ħu ftit ħin biex taħseb taħseb dwar kif inti tista’ twassal din l-Aħbar it Tajba permezz ta’ dak kollu li tgħid u tagħmel.  

➢ Fuq biċċa karta żgħira ikteb ‘Morru u xandru l-Aħbar it-Tajba’. 

➢ Waħħal il-karta fuq it-tazza, taqqab żewġ toqbiet waħda fuq kull naħa  taħt il-karta u għaddi l-pipe-cleaner minn toqba għall-oħra biex hekk tkun  tista’ taqbad il-megafon tiegħek. 

 ➢ Għaddi ftit ma’ Ġesù u itolbu sabiex jagħtik il-kuraġġ biex twassal l-Aħbar  tiegħu lil kulħadd permezz ta’ dak li taħseb, tgħid u tagħmel.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.