
Aħna lkoll nieħdu gost nirċievu xi aħbar sabiħa u kollha nħossu ferħ kbir ġo fina meta naqsmu xi aħbar sabiħa mal-oħrajn. Hemm aħbar tajba li rridu naqsmu ma’ kulħadd- Ġesù rebaħ fuq il-mewt u l-ħażen.
➢ Ħu ftit ħin biex taħseb taħseb dwar kif inti tista’ twassal din l-Aħbar it Tajba permezz ta’ dak kollu li tgħid u tagħmel.
➢ Fuq biċċa karta żgħira ikteb ‘Morru u xandru l-Aħbar it-Tajba’.
➢ Waħħal il-karta fuq it-tazza, taqqab żewġ toqbiet waħda fuq kull naħa taħt il-karta u għaddi l-pipe-cleaner minn toqba għall-oħra biex hekk tkun tista’ taqbad il-megafon tiegħek.
➢ Għaddi ftit ma’ Ġesù u itolbu sabiex jagħtik il-kuraġġ biex twassal l-Aħbar tiegħu lil kulħadd permezz ta’ dak li taħseb, tgħid u tagħmel.
