Aħna ċittadini kemm tal-Ġenna kif ukoll tad-dinja. Irridu nieħdu ħsieb id-dmirijiet li għadna lejn Alla kif ukoll d-dmirijiet li għadna lejn xulxin, lejn il-mexxejja tad-dinja u lejn il-kumplament tal-Ħolqien.
Il-Kotba Mqaddsa jfakkruna li nistgħu nkunu ċittadini tajbin billi l-ewwel nservu lil Alla. Pereżempju meta bħala Insara naqdu d-dmir tagħna li nħallsu t-taxxi nkunu qed nuru li nippreferu li jkollna pajjiż immexxi b’mod ġust milli jkollna anarkija. Dan għaliex f’anarkija ma jkunx hemm mexxejja responsabbli u għahekk iċ-ċittadini jgħixu f’kaos u diżordni. Alla jaħdem fil u permezz tal-istituzzjonijiet tagħna l-bnedmin biex jibni komunità ta’ mħabba.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Aħna Ċittadini u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb kif tista’ tħobb lil Alla, f’ dak kollu li tgħid u tagħmel u b’hekk tkun ċittadin tajjeb f’pajjiżek.
Pawza ta’ 5 sekondi.
Fuq il-mappa pprovduta, ikteb talba għal pajjiżek u għaċ-ċittadini kollha biex jaħdmu sabiex kulħadd jkun jista’ jgawdi d-drittijiet u l-bżonnijiet bażiċi.