Aħna ċittadini

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba Nisranija mal-ħolqien

Aħna ċittadini kemm tal-Ġenna kif ukoll tad-dinja. Irridu nieħdu ħsieb id-dmirijiet li għadna lejn Alla kif ukoll d-dmirijiet li għadna lejn xulxin, lejn il-mexxejja tad-dinja u lejn il-kumplament tal-Ħolqien. 

Il-Kotba Mqaddsa jfakkruna li nistgħu nkunu ċittadini tajbin billi l-ewwel nservu lil Alla.  Pereżempju meta bħala Insara naqdu d-dmir tagħna li nħallsu t-taxxi nkunu qed nuru li nippreferu li jkollna pajjiż immexxi b’mod ġust milli jkollna anarkija. Dan għaliex f’anarkija ma jkunx hemm mexxejja responsabbli u għahekk iċ-ċittadini jgħixu f’kaos u diżordni.  Alla jaħdem fil u permezz tal-istituzzjonijiet tagħna l-bnedmin biex jibni komunità ta’ mħabba. 

Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Aħna Ċittadini u għaliha għandna bżonn:

  • Karta bil-mappa tal- pajjiż tiegħek.
  • Biro jew markers

Ħu ftit ħin biex taħseb kif tista’ tħobb lil Alla, f’ dak kollu li tgħid u tagħmel u b’hekk tkun ċittadin tajjeb f’pajjiżek.

Pawza ta’ 5 sekondi.

Fuq il-mappa pprovduta, ikteb talba għal pajjiżek u għaċ-ċittadini kollha biex jaħdmu sabiex kulħadd jkun jista’ jgawdi d-drittijiet u l-bżonnijiet bażiċi.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.