Santa Eliżabbetta u San Żakkarija kienu koppja anzjani li kienu jgħozzu l-liġi. Kienu nies twajba, jħobbu ’l Alla u jgħixu ħajja ezemplari.
Żakkarija kien qassis fit-tempju tal-Lhud.
Kienet ħaġa mportanti ħafna li koppji Lhud ikollhom it-tfal billi l-Lhud kienu jitolbu lil Alla waqt li jistennew it-twelid tal-Messija.
Eliżabbetta u Żakkarija kienu ittamaw li jsiru ġenituri, imma iz-zmien kien għaddej ġmielu u Eliżabetta kienet qed tikber għalhekk iċ-ċans li jkollha t-tfal beda jsir aktar impossibbli. Huma baqgħu fidili lejn il-fidi tagħhom avolja setgħu iħossuhom disappuntati. Setgħu ukoll ħassewhom umiljati għax fil-kultura Lhudija li wieħed ma jkollux tfal kien ifisser li ma jkunx imbierek minn Alla.
Alla kellu pjan għal din il-koppja!
Fl-aħħar very kellhom tarbija. L-Anġlu Gabrijel ġie għand Żakkarija waqt li kien qed joffri s-sagrifiċċju fit-tempju, u qallu li Eliżabetta kienet se tagħtih tifel. Dik it-tarbija kellha tkun Ġwanni l-Battista, li kien imqabbad biex jipprepara n-nies għall-miġja tal-Messija.
Żakkarija kellu jifraħ b’din l-aħbar kieku kellu fidi fl-anġlu. Minflok hu iddubita. Hu tbikkem. Din kienet prova għalih, biex jirrifletti u jemmen dan il-messaġġ minn għand Alla għalih. U meta reġa’ tkellem kien biex iwettaq ir-rieda t’Alla għalih, għall-mara tiegħu u għal binhom.
Minbarra li tara l-vidjow tista issib dan ir-rakkont mill-Evanġelju ta’ Luqa (Kap 1, versi 57-66).
Santa Eliżabetta u San Żakkarija huma l-ġenituri ta’ San Ġwann il-Battista. Talbu ħafna lil Alla biex ikollhom trabija, u Alla tahom dan ir-rigal sabiħ minkejja li kienu kbar ħafna fl-età. Fil-fatt, Żakkarija ma riedx jemmen li se jkollhom tarbija, u minħabba f’hekk, ma setax jitkellem saċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġwanni.