Helow tfal!
Tiftakar meta ma stajtx torqod, bqajt b’għajnejk miftuħa, preparat, tistenna għaliex kien ser jiġri xi ħaġa speċjali? Forsi meta kont ser tmur f’xi Fun Park, lejliet il-birthday party tiegħek, forsi ħabba xi logħba jew meta kont sejjer xi vaganza jew meta kont ser tiltaqa’ ma xi ħadd speċjali.
Ġesù jgħidlna:-
“Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom.” Ġesù qed ifakkarna biex nkunu b’għajnejna miftuħa, attenti u preparati għal dak il-mument speċjali meta hu ser jsejħilna biex ngħixu għal dejjem miegħu fil-Ġenna. Nistgħu nippreparaw ruħna għal dan il-mument billi nsaħħu l-ħbiberija tagħna miegħu matul il-ħajja tagħna kollha.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha – B’ għajnejk Miftuħa u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb kif tħossok li kieku Alla kellu jiġi għandek b’sorpriża. Ser isibek ppreparat, b’għajnejk miftuħa tistenniħ?
Wara li tpinġi għajn fuq kull wieħed mit-tappijiet, weħħel iż-żewġ tappijiet tal-plastik bħala par għajnejn miftuħa fuq il-karta b’forma ta’ wiċċ.
Kompli itlob lil Alla sabiex jipprovdilek nies fil-ħajja tiegħek li jinkoraġġuk biex tibqa’ b’għajnejk miftuħa, preparat, tistenna l-mument meta ser jsejjaħlek biex tgħix għal dejjem miegħu fil-Ġenna.
Pawza ta’ fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla.