San Franġisk Saverju u Sta Teresa ta’ Lisieux huma qaddisin co-protetturi tal-missjoni.
San Franġisk ippriedka l-vanġeli waqt li kien jivjaġġa għal pajjiżi mbegħda: l-Indja, l-Ġapan u ċ-Ċina, u jgħammed eluf ta’ nies.
Sta Teresa ta’ Lisieux saret padruna tal-Missjoni waqt li kienet tgħix ġo kunvent bħala soru klawsura mingħajr ma vjaġġat imkien. Hija offriet ġajjitha , it-talb u s-sagrifiċċji tagħha għal missjunarji tad-dinja kollha.
Alla jaħdem b’modi differenti!
Franġisku qatt ma ppjana li jsir missjunarju. Lanqas biss ma ppjana li jsir saċerdot. Il-ħsieb tiegħu kien fuq l-istudju u t-tagħlim, kien jippjana li jsir professor tal-filosofija fl-Universita’. Alla kellu pjanijiet oħra għalih. Il-messaġġ ta’ Alla wasallu permezz tal-ħabib tiegħu Petru Faber, li introduċieh ma’ Injazju ta’ Loyola. Bħal Petru u injazju sar qassis. Flimkien ma’ Injazju huma waqqfu s-Soċjeta’ magħrufa bħala tal-Ġiżwiti. It-tlieta li huma saru qaddisin: san Franġisk Saverju, San Pietru Claver u san Injazju ta’ Loyola.
Karatteristika ta’ franġisku Saverju kienet il-personalita’ pożittiva tiegħu, il-ferħ u l-ġenerożita’, kien dejjem jilqa’ lil kulħadd bi tbissima, u għalhekk rebaħ daqshekk nies għall-Kristjaneżmu. Il-Papa Franġisku stress ta’ spiss ikkummenta li “insara ta’ veri għandhom uċuh bi tbissima u għajnejn mimlijin ferħ.” Għal San Franġisk, it-tagħlim u l-istudju kienu important ħafna u dawn ħadhom b’ħafna serjeta’.
San Franġisk twieled fi Spanja u flimkien ma’ San Injazju ta’ Loyola waqqaf is-soċjeta’ tal-Ġiżwiti dan il-missjunarju ippriedka il-Kelma t’Alla fl-Afrika, l-indja, l-Ġapan u l-filippini. Li tkun Kattoliku f’dawn il-pajjiżi hija diffiċli ħafna; imma San Franġisk qatt ma qata’ qalb, hu kien bniedem Fidil lejn il-Mulej anke f’sitwazzjonijiet diffiċli ħafna.