Hello tfal,
Qatt xtaqt tmur x’imkien u sibt xi oġġetti fin-nofs u ma stajtx tgħaddi? Forsi ħabbat il-bieb, taf li kellu jiġi xi ħadd li kont ilek tistenna u ma stajtx tgħaddi biex tiftaħlu għaliex ħallejt l-imbarazz fin-nofs. Alla qiegħed hemm u biex insiru nafuh iktar irridu naħdmu biex matul il-ħajja tagħna nnaqqsu l-vizzji ħżiena u n-nuqqasijiet tagħna li qed jfixklu din it-triq.
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Ħejju t-Triq.
- Ħu ftit ħin biex taħseb dwar id-drawwiet ħżiena u d-dnubiet li qed jħarbtu t-triq li turik kemm Alla jħobbok.
- Fuq il-biċċiet tal-karti żgħar ikteb jew pinġi dawn id-drawwiet ħżiena jew dnubiet li qed jfixkluk. Għaffeġ dawn il-karti u poġġihom fuq il-karta b’forma ta’ passaġġ.
- Issa waqt li tħares lejn dawn l-ostakli, itlob lil Alla biex jgħinek tipprepara t-triq sabiex tkun tista’ tgħix l-imħabba li għandu lejk il-ħin kollu.
- Waqt li tneħħi l-karti mgħaffġin minn fuq il-passaġġ tal-karti, ippjana biex tmur tqerr.