
San Nikola huwa magħruf b’ħafna ismijiet: għat-tfal Ingliżi bħala Father Christmas, għall-Franċiżi bħala Père Noël, għall-Ġermaniżi bħala Kris Kringle u għal ħafna oħrajn mad-dinja kollha huwa Santa Claws jew sempliċiment Santa.
Imma hemm San Nikola ta’ veru!
Imwieled għall-ħabta tas-sena 270W.K. f’Patara, Nikola wiret fortuna kbira mingħand il-ġenituri tiegħu li kienu għonja. Huwa maħsub li Nikola trabba f’familja b’fidi soda, fi żmien meta ma kienx faċli li tkun Nisrani. Sa minn età żgħira, kien iqatta’ l-ħin jaqra l-Bibbja u trabba jiddefendi dak li kien jemmen fih. Il-Bibbja kienet is-sors tas-saħħa u tal-għarfien tiegħu. Wara li huma mietu, hu uża dawn il-flus biex jgħin lill-foqra u lill-morda.
Sar Isqof ta’ Mira, illum Dembre, raħal fit-Turkija. Kien mitfugħ il-ħabż fil-persekuzzjoni ta’ Djokleżjanu u ġie meħlus minn Kostantinu. Miet f’Mira bejn 345 u 352.
San Nikola hu magħruf mad-dinja kollha speċjalment għall-istejjer ta’ karità li xterdu dwaru. Fosthom meta darba sema’ b’wieħed ragel li ma kellux flus biżżejjed biex iżewweġ it-tliet xebbiet li kellu. San Nikola mar bil-lejl u tefagħlu mit-tieqa tliet boroż tal-flus biex ikun jista’ jżewwiġhom.
Bħalma jiġri dwar qaddisin oħra li għexu daqshekk żmien ilu, il-ħajja tagħhom hija mimlija b’ħafna leġġendi.
Fir-rigward ta’ San Nikola, l-imħabba tiegħu lejn Alla, il-ġenerożità tiegħu u l-imħabba tiegħu lejn it-tfal u n-nies li kellhom bżonn diversi forom ta’ għajnuna, taw lok għall-immaġini ta’ dan il-qaddis bħala dak li jagħti r-rigali mingħajr ma jitlob xejn lura.
Il-Milied daqt magħna u lkoll smajna b’Santa Klaws!
San Nikola kien bniedem ġeneruż. Fil-fatt, kien jgħin lill-foqra u lil dawk fil-bżonn b’rigali speċjali.
