San Nikola huwa magħruf b’ħafna ismijiet: għat-tfal Ingliżi bħala Father Christmas, għall-Franċiżi bħala Pere Noel, għall-Ġermaniżi bħala Kris Kringle u għal ħafna oħrajn mad-dinja kollha huwa Santa Clause jew sempliċiment santa.
Imma hemm San Nikola ta’ veru! Hemm verament ftit x’nafu verament fuqu. Dak li nafu ċert hu li hu għex xi żmien fir-raba seklu u li kien elett Isqof ta’ Myra l-Asja Minuri (fit-Turkija ta’ llum). Bħalma jiġri għal qaddisin oħra li għexu daqshekk żmien ilu, il-ħajja tagħhom hija mimlija b’ħafna leġġendi.
Għal San Nikola, l-imħabba tiegħu lejn Alla, il-ġenerożita’ tiegħu għat-tfal u għan-nies kollha li jkollhom bżonn kull kwalita’ ta’ għajnuna, tana l-ideja li hu qaddis li jagħti kull xorta ta’ rigali, mingħajr ma jistenna xejn lura.
Jgħidu li Nikola twieled f’familja soda fil-Fidi, fi żmien meta li tkun Kristjan ma kien xejn komdu.
Il-Milied daqt magħna u issa smajna ħafna dwar Santa Clause! San Nikola kien persuna ġeneruża ħafna, li għen lill-foqra u lil dawk kollha fil-bżonn b’rigali speċjali.