Ġieli smajtu l-qawl Malti: Kliem ix-xiħ żomm fih? Dan il-qawl jgħidilna li nistgħu nsiru aktar għorrief jekk aħna nisimgħu minn kliem l-anzjani tagħna.
Waqt li naqraw l-istorja ta’ meta Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù biex jipprezentawh fit-tempju, San Luqa jgħidilna li l-Ispirtu ta’ Alla għen lix-xwejjaħ Xmun u lil waħda mara anzjana li kien jismha Anna biex jagħrfu li Alla kien viċin tagħhom aktar milli qatt setgħu jimmaġinaw. Tant viċin li Xmun seta’ jerfa’ lit-tarbija u ħass ferħ kbir f’qalbu.
Madwarna niltaqgħu ma’ anzjani bħal Xmun u Anna li kliemhom jkun mimli għerf għaliex jkunu għarfu lil Ġesù. Dawn l-anzjani jistgħu jkunu l-ġirien jew in-nanniet tagħna li jħobbuna u jriduna nagħrfu li Alla huwa magħna u jħobbna l-ħin kollu. Huma jfakkruna li aħna kollha tempji fejn jgħix Alla.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum (fimkien ma dawk li jgħixu magħna) jisimha: It-Tempju Tiegħu u biex nagħmluha għadna bżonn:
Ibda billi tiftaħ l-envelop u tweħħel il-faċċata tiegħu mal-karta ta’ daqs A4. Tinsiex twaħħal ukoll l-biċċa l-miftuħa tal-envelop.
Fuq il-ponta tal-biċċa miftuħa tal-envelop pinġi forma ta’ salib u waqt li twaħħal ir-ritratt tiegħek jew tinġi lilek nnifsek fin-nofs tal-envelop fakkar lilek nnifsek li aħna kollha bħal tempji fejn jgħix Alla u fejn nsiru nafuh.
Issa, ħu ftit ħin sabiex taħseb f’anzjani li taf u li bi kliemhom mimli għerf jgħinuna nsiru nafu aktar lil Alla u nindunaw li hu qiegħed f’kull wieħed u waħda minna.
Ikteb l-ismijiet ta’ dawn l-anzjani fuq l-envelop u itlob għalihom.
Tista’ titlob lil Alla sabiex jberikom u jagħtihom dak kollu li jeħtieġu filwaqt li tirringrazzjah għall-għerf tagħhom għaliex jgħallmuna kif nagħrfuh u nindunaw li hu dejjem magħna jħobbna bla kundizzjoni.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.