Meta darba Ġesù, Ġużeppi u Marija kien lura fid-dar ta’ Nażżaret u Ġesù kellu madwar sena, tliet slaten li nirreferu għalihom bħala maġi, wara vjaġġ twil marru biex jżuru lil Ġesù u jagħtuh 3 rigali. Bħal dawn l-għorrief aħna wkoll qegħdin fi vjaġġ sakemm morru ħdejn ir-Re tagħna. Dan il-vjaġġ li ġieli jkun faċli u drabi oħra diffiċli huwa l-vjaġġ tal-ħajja tagħna u f’ dan il-vjaġġ ġieli nagħddu minn żmien ta’ dubju u ġieli jkollna fidi qawwija. Bħal dawn il-maġi aħna ukoll għadna ix-xewqa li mmorru fejn Ġesù u din ix-xewqa fina hija bħall-istilla li mexxiet lil dawn il-Maġi biex jsibu lil Ġesù. Bħalhom ukoll nistgħu nsibu min jfixkilna bħalma huma sabu lir-Re Erodi aħna nistgħu nsibu l-ħażen u l-egoiżmu ta’ madwarna li jistgħu jfixkluna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum (flimkien ma dawk li jgħixu magħna) jisimha: Wasalt fid-destinazzjoni tiegħek, u biex nagħmluh għadna bżonn:
Ibda billi sikket lilek innifsek u timmaġina it-tlett Slaten Maġi fi triqithom biex jsibu lil Ġesù llum il-ġurnata permezz ta’ GPS.
Li kieku kellhom jaslu sad-dar tiegħek – f’qalbek f’ħajtek u fl-għażliet tiegħek, waqt il-ħin tal-logħob tiegħek jew waqt l-iskola taħseb li sejrin isibu lil Ġesù hemm? Sejrin jisimgħu il-GPS javżhom li waslu fid-destinazzjoni tagħhom?
Pawza ta’ 5 sekondi
Ħu biċċa playdough u għamel forma ta’ qalb. Din il-qalb ser tirrapreżenta lil qalbek. Issa poġġi l-pastur ta’ Ġesù Bambin jew il-karta/stampa ta’ Ġesù Bambin fin-nofs ta’ din il-qalb.
Wara ħu ftit ħin biex taħseb kif ser turi lit-tliet slaten u lil kulħadd li Ġesù jinsab f’qalbek, f’moħħok u f’ħajtek. Itlob lil Alla jgħinnek sabiex permezz ta’ dak li int, ta dak li tgħid u ta’ dak li tagħmel l-oħrajn jiskorpu lil Ġesù.