San Ġwann l-Evangelista huwa magħruf bħala wieħed mill-Appostli ta’ Ġesù. L-ismijiet fl-Ebrajk dejjem ifissru xi ħaġa. L-isem Ġwanni jfisser li Alla joffri l-grazzja tiegħu.
Fil-ħajja tal-Appostlu Ġwanni Alla tassew wera l-grazzji tiegħu. Dan jidher l-aktar meta’ Ġesù jagħti lilu nnifsu b’mod sħiħ lid-dinja kollha. Ġwanni biex jirreferi għalieħ innifsu juża l-espressjoni “id-dixxiplu l-maħbub”. Din l-espressjoni wasslet lil bosta artisti biex ipinġu lil San Ġwann qrib ħafna ta’ Ġesù.
F’pitturi bħal tal-aħħar ċena jew ikoni Griegi, Ġwanni għandu rasu mistrieħa fuq il-qalb ta’ Ġesù. L-artisti użaw din it-teknika sabiex juru li Ġwanni kien ifittex jifhem il-mod li Ġesù jħobb lid-dinja. Il-mod ta’ kif kiteb l-evanġelju juri li għandu għarfien tajjeb tal-qalb mimlija imħabba ta’ Ġesù.
Kemm hi tassew ħaġa sabiħa li wieħed inkunu imsejjaħ dixxiplu maħbub tal-Mulej. J’Alla aħna ukoll inkunu viċin tal-qalb ta’ Ġesù u nippruvaw nagħmlu dak li jitlob minna, kif kien jagħmel San Ġwann. Matul din il-ġimgħa nippruvaw inqattgħu ftit ħin ta’ talb sabiex inkunu viċin tal-qalb ta’ Ġesù u nitgħallmu inħobbu lil xulxin kif iħobbna hu.