Ħelow tfal!
Qatt ħarist lejn fjura u stagħġibt kemm hi sabiħa? jew lejn il-baħar u r-riħa tfuħ tiegħu? Qadt ħadt gost tilgħab bil-ħamrija jew bir-ramel? In-natura hija rigal li Alla jagħtina għaliex iħobbna u jrid jurina l-ħin kollu kemm iħobbna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha – Nuċċali ta’ Gratitudni u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb f’affarijiet sbieħ madwarek u li forsi fil-ġenn ta’ kuljum ma tagħtix kashom.
Qasqas in- nuċċali tal-karti u waħħal il-lasti waħda fuq kull naħa. Pinġi fuq in-nuċċali affarijiet sbieħ li permezz tagħhom Alla qed jgħidlek li jħobbok.
Kompli billi tirringrazzja lil Alla tal-affarijiet sbieħ madwarek li permezz tagħhom Alla qed jurik li jħobbok.
Pawża qasira miġburin fit-talb.
Wara li tpoġġi dan in-nuċċali x’imkien fejn ifakkrek biex tieqaf u tapprezza affarijiet madwarek li permezz tagħhom Alla qed jurik kemm iħobbok.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.