Nuċċali ta’ gratitudni

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' gratitudni

Ħelow tfal!

Qatt ħarist lejn fjura u stagħġibt kemm hi sabiħa? jew lejn il-baħar u r-riħa tfuħ tiegħu? Qadt ħadt gost tilgħab bil-ħamrija jew bir-ramel?  In-natura hija rigal li Alla jagħtina għaliex iħobbna u jrid jurina l-ħin kollu kemm iħobbna.  

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha – Nuċċali ta’ Gratitudni u għaliha għandna bżonn:

  • Karta b’forma ta’ nuċċali
  • Imqass
  • Markers
  • Sticky tape jew glue stikk

Ibda billi taħseb f’affarijiet sbieħ madwarek u li forsi fil-ġenn ta’ kuljum ma tagħtix kashom.

Qasqas in- nuċċali tal-karti u waħħal il-lasti waħda fuq kull naħa.  Pinġi fuq in-nuċċali affarijiet sbieħ li permezz tagħhom Alla qed jgħidlek li jħobbok.  

Kompli billi tirringrazzja lil Alla tal-affarijiet sbieħ madwarek li permezz tagħhom Alla qed jurik li jħobbok.

Pawża qasira miġburin fit-talb.

Wara li tpoġġi dan in-nuċċali x’imkien fejn ifakkrek biex tieqaf u tapprezza affarijiet madwarek li permezz tagħhom Alla qed jurik kemm iħobbok.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.