Aħna imdorrijin nisimgħu dwar qaddisin li kien missjunarji u anki mietu għal Ġesu. Ħafna drabi Il-mexxeja ta’ dawn il-pajjiżi kien jibżgħu li ser jitilfu is-setgħa tagħhom jekk iċ-ċittadini tagħhom kienu iħaddnu il-fidi Nisranija.
San Karlu ma kienx missjunarju, kien żagħżugħ li ikkonverta għal Fidi Nisranija bit-tagħlim u l-eżempju li kienu jagħtu il-Patrijiet il-Bojod li huma membri ta’ Kongregazzjoni Missjunarja li taħdem fl-Afrika. Fil-fatt, Karlu, qatt ma kien semgħa b’Ġesu qabel ma ġew dawn il-missjunarji.
Darba fost l-oħrajn, ġew grupp ta’ missjunarji jagħlmu dwar Ġesu ġo villaġġ fl-Uganda, pajjiż ġewwa l-Afrika, fejn kien jgħix Karlu Lwanga. Karlu beda jinteressa ruħu dwar Ġesu u it-tagħlim Tiegħu. Karlu wera ix-xewqa tieghu li jsiru Nisrani u irrcieva is-Sagrament tal-Maghmudija.
Karlu kien żagħżugħ b’saħħtu u bil-għaqal, għalhekk ġie magħżul biex isservi ir-Re Mwanga fil-palazz tiegħu. Xogħol Karlu kien li jieħu ħsieb żgħażagħ oħra li kien isservu lir-Re.
Karlu beda jagħlem iż-żgħażagħ li kien jaħdmu miegħu dwar Ġesu u dwar il-Fidi Nisranija. Wara li ħadu it-tagħlim meħtieġ, beda jippreparhom biex jirċievu is-Sagrament tal-Magħmudija. Karlu, mingħajr biża, kien ukoll jiddefendi iż-żgħażagħ quddiem ir-Re meta kien jiġu maħqura minnu.
Ir-Re Mwanga sar jaf li Karlu kien Nisrani u li iż-żgħazagħ li hu kien jieħu ħsieb, kienu qed jippreparaw biex jitgħammdu, għalhekk ordna biex Charles u sħabu jitilqu il-Fidi Nisranija. Iżda Karlu u iż-żgħażagħ l-oħra, żammew sod u ma rridux jiċħdu il-Fidi Nisranija.
Karluu sħabu ġew msawwta u maħqura u kellhom jimxu 37 mil għal post fejn kien ser immutu għal Ġesu. B’kollox kienu 22, iż-żgħażagħ li ma ridux jiċħdu il-Fidi tagħhom f’Ġesu. Karlu Lwanga kellu 26 sena meta miet u l-iżgħar fosthom kien jismu Kizito u kellu 13-il sena. Karlu Lwanga u Sħabu mietu nhar it-3 ta’ Gunju 1886. L-aħħar kelmiet ta’ Karlu kienu ‘Alla tiegħi’. Il-Knisja iddikjarat lill Karlu Lwanga bħala patrun taż-żgħażagh Afrikani. It-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u Sħabu issir fi 3 ta’ Gunju.