Anke fil-ġurnata tal-lum, hawn ħafna tfal li qegħdin ibatu.
Kont taf li….
hawn tfal li jiġu misruqa, mixtrija u mifruda mill-familji tagħhom?
li dawn it-tfal jiġu użati biex xi kriminali jaqilgħu l-flus permezz tagħhom?
mhux biss tfal! Persuni adulti wkoll jispiċċaw jaħdmu f’xogħolijiet ta’ tbatija kbira u ma jkunux jistgħu joħorġu minnu.
Fid-dinja hawn mitt pajjiż fejn hu permess li jagħtu xogħol lill-iskjavi. Fost l-aktar pajjiiżi li fihom hemm ilsiera nsibu l-Indja, ċ-Ċina, l-Pakistan, Bangladesh u l-Korea ta’ Fuq.
F’dawn il-pajjiżi hemm madwar tmienja u għoxrin miljun persuna li huma ilsiera.
ll-ġurnata tat-23 t’Awissu hija t-tifkira tal-Ħelsien tal-Kummerċ tal-Ilsiera. Bdiet tiġi ċċelebrata fl-Istati Uniti fejn numru kbir tal-lsiera, fosthom ħafna Afrikani li kienu nbiegħu, u ta’ kull eta’, ġew meħlusa. Fis-sena 1865 l-iskjavitù. sar illegali fl-Istati Uniti.
Madanakollu illum għad hawn miljuni ta’ nies li huma fliskjavitù u għaddejjin minn tbatija kiefra.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Dejn tal-imħabba
Ara dan il-vidjo:
Wara rrifletti ftit permezz ta’ dawn il-mistoqsijiet:
Liema xena mill-video l-aktar li laqtitek?
Għaliex?
Fuq il-mudell tad-dollaru ikteb talba għal tfal u żgħażagħ li bħalissa qed jiġu ttrattati ħażin. Fakkarhom li l-imħabba t’Alla għalihom hija kbira u qed jgħannaqhom.
Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.