Bakketta ta’ imħabba

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' imħabba

Alla jħobbna ħafna u jixtieq li aħna nħobbu lill-oħrajn kif iħobbna hu.

  •  Aħseb f’persuna li inti tħobb ħafna.
  •  Waqt li taħseb f’din il-persuna, ħu żewġ pipe-cleaners. B’waħda minnhom ifforma qalb. Bl-oħra ifforma l-bakketta.
  •  Żommha f’idejk u għid talba għal dik il-persuna li ħsibt fiha.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.