Bakketta ta’ mħabba

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' mħabba lejn xulxin

Qatt ħsibt li Ġesù tana l-kmandamenti għaliex irid li aħna nkunu ferħanin tassew? Ġesù huwa l-aqwa ħabib tagħna, iħobbna u jgħidlna biss dak li hu tajjeb għalina.

Huwa jikkmandana biex inħobbu lil xulxin bl-istess mod ta’ kif iħobbna hu. Dan jfisser li hu jridna nħobbu lil kulħadd ankè lil dawk li ma ħaqqhomx l-imħabba tagħna. Meta nagħmlu hekk biss inħossuna kuntenti.  Ma huwiex faċli li tħobb lil dawk li ma jħobbukx lura iżda mod wieħed kif tħobbhom hu billi titlob għalihom.  It-talb għall-oħrajn huwa mod ta’ kif tista’ tħobb lill-oħrajn.  

Il-prayer space li ser nagħmlu llum flimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha –Bakketta ta’ Mħabba u għaliha għandna bżonn:

  • 3 pipe cleaners preferibbilment ta’ l-istess lewn.

Ħu ftit ħin biex taħseb jekk qalbek hijiex miftuħa biex tħobb lil kulħadd bl-istess mod ta’ kif jħobbok Alla.

Uża 2 pipe cleaners biex tagħmel forma ta’ qalb u bit-3 pipe cleaner ifforma l- istikka tal- bakketta.

Itlob maħfra lil Alla għaż-żminijiet meta ma obdejtx dan il-kmandament u ma ħabbejtx lil kulħadd.

Pawza ta’ ftit sekondi miġburin fit-talb.

Poġġi din il-bakketta fejn tfakkrek li jekk trid tkun kuntent trid tferrex l-imħabba tiegħek b’ dak li tgħid u tagħmel fuq kulħadd.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.