Qatt ħsibt li Ġesù tana l-kmandamenti għaliex irid li aħna nkunu ferħanin tassew? Ġesù huwa l-aqwa ħabib tagħna, iħobbna u jgħidlna biss dak li hu tajjeb għalina.
Huwa jikkmandana biex inħobbu lil xulxin bl-istess mod ta’ kif iħobbna hu. Dan jfisser li hu jridna nħobbu lil kulħadd ankè lil dawk li ma ħaqqhomx l-imħabba tagħna. Meta nagħmlu hekk biss inħossuna kuntenti. Ma huwiex faċli li tħobb lil dawk li ma jħobbukx lura iżda mod wieħed kif tħobbhom hu billi titlob għalihom. It-talb għall-oħrajn huwa mod ta’ kif tista’ tħobb lill-oħrajn.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum flimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha –Bakketta ta’ Mħabba u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb jekk qalbek hijiex miftuħa biex tħobb lil kulħadd bl-istess mod ta’ kif jħobbok Alla.
Uża 2 pipe cleaners biex tagħmel forma ta’ qalb u bit-3 pipe cleaner ifforma l- istikka tal- bakketta.
Itlob maħfra lil Alla għaż-żminijiet meta ma obdejtx dan il-kmandament u ma ħabbejtx lil kulħadd.
Pawza ta’ ftit sekondi miġburin fit-talb.
Poġġi din il-bakketta fejn tfakkrek li jekk trid tkun kuntent trid tferrex l-imħabba tiegħek b’ dak li tgħid u tagħmel fuq kulħadd.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.