Tista’ timmaġina x’post meraviljuż tkun id-dinja li kieku kull bniedem jħobb lil Alla, lill-oħrajn u lill-kumplament tal-ħolqien bl-istess mod li bih jħobbna Alla? Meta nagħżlu li nħobbu lil Alla l-ewwel u qabel kollox inkunu ċittadini tajbin li jagħmlu dmirijithom biex jaħdmu għall-ġid ta’ kulħadd. B’dan il-mod kulħadd jkun jista’ jgawdi d-drittijiet u l-bżonnijiet bażiċi tiegħu.