Aħseb fit-tajjeb

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-Ħsibijiet Tajbin

Il-mod kif naħsbu jaffettwa kif inħossuna u kif inġibu ruħna. Ħsibijiet koroh iġegħluna ngergru u nħossu d-dwejjaq jew naqtgħu qalbna. Ħsibijiet tajbin jgħinuk taffaċċja l-ħajja
bil-kuraġġ u t-tama għax taf li Alla se jgħinek. 

  • Aħseb f’xi sitwazzjonijiet  fejn inti ħsibt b’mod negattiv dwarek innifsek jew dwar il-ħajja u ikteb dwarhom.
  • Għid jew ikteb talba biex Alla jgħinek tħares u taħseb b’mod iktar pożittiv fil-ħajja.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.