Blata soda

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għar-relazzjoni b’saħħitha ma’ Alla

Qatt ippruvajt tibni xi torri biċ-ċagħaq ta’ fejn il-baħar? Jekk ċ-ċagħqa tal-qiegħ ma’ tkunx stabbli daqs il-blat sod, kollox jaqa’.  Il-Papa, l-Isqfijiet u xi nies li nitlqgħu magħhom fil-ħajja tagħna; bħal dawk li jieħdu ħsiebna, għalliema, katekisti u ankè ħbieb tajba huma bħal dawn il-blat sod għaliex jgħinuna nibnu relazzjoni b’saħħitha ma’ Alla u mal-ħolqien kollu.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dawn in-nies li għenu lilek u lil-oħrajn biex ssiru tafu iktar lil Alla.   
  • Fuq ftit minn dawn iċ-ċagħaq ikteb l-ismijiet ta’ dawn in-nies.
  • Issa tista’ tirringrazzja lil Alla għall-dawn in-nies li kienu bħall-blat f’ ħajtek.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.