Ħellow Kids!
Ġieli kont qed tirranġa xi kamra u tinduna kemm għandna affarijiet żejda? Jew tkun qed tqelleb t-televixin u tara riklami jew dokumentajri dwar postijiet fejn bil-kemm għandhom saqaf fuq rashom?
Fil-Vanġelju Ġesù jfaħħar lil dik il-mara xwejħa li fit-tempju tefgħat ftit ċenteżmi. Ma tefgħatx ħafna imma tefgħat dak kollu li kellha. Oħrajn li daħku biha tefgħu ħafna iżjed imma dan kien iżżejjed tagħhom.
Il-prayer space tal-lum jisimha Bżonn jew Xewqa? u għaliha għanda bżonn karta vojta u lapes jew pinna.
Aħseb ftit fuq dawk it-tfal li lanqas għandhom fejn jorqdu u anke f’dik ix-xwejħa tal-Vanġelju li tat kulma kellha. Aħseb ftit fuq l-affarijiet li għandek inti – ħwejjeġ, logħob, kompjuter, playstation u għamel lista tagħhom.
Ħares lejn il-lista u immarka liema huma bżonnijiet u dawk li huma xewqat. Bżonnijiet huma dawk l-affarijiet li mingħajrhom ma nistgħux ngħixu li prattikament huma ikel, ilma u mediċina biss, fil-waqt li xewqat huma l-affarijiet li jagħmlulna l-ħajja faċli jew isbaħ.
Aqbad xi oġġett jew tnejn mill-lista u itfgħu ġewwa basket biex mal-ewwel ċans li jkollok tgħaddi bih ġewwa istituzzjoni u tagħddieh lil tfal inqas ixxurtjati minnek.
Inġabar ftit u itlob għall-dawk kollha li jinsabu fil-bżonn u itlob ukoll sabiex aħna nagħrfu iżjed x’inhuma l-bżonnijiet mix-xewqat.
Saħħa tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu.