Ċavetta ta’ opportunitajiet

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba sabiex niffaċċja sfidi kbar

Helow tfal,

Fil-ħajja niffaċċjaw opportunitajiet u sfidi kbar u żgħar. Dawn l-isfidi u opportunitajiet jġibu fina emozzjonijiet diversi, kemm ta’ antiċipazzjoni u eċitament, kif ukoll ansjetà u biża.

  • Aħseb f’opportunità jew sfida li kellek f’dawn l-aħħar xhur.
  • Kif ħassejtek?
  • Miċ-ċart tal-emozzjonijiet, agħżel emozzjoni jew tnejn u filwaqt li żżommhom f’idejk, aħseb f’dak li ħassejt.
  • Fuq il-mudell taċ-ċavetta ikteb x’kienet din l-opportunità jew sfida u poġġieha fil-gabarre biex toffrieha lil Alla.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.